Il-Malta Labour Party ħareġ bl-ideja li jerġa’ jiftaħ il-pakkett tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropeja jekk ikun fil-Gvern. Din l-istqarrija mil-ewwel tnissel fina biża kbira li l-Malta Labour Party ser jagħmel minn kollox biex aħna ma nibqgħux Ewropej sħaħ.
Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm artiklu fis-Sunday Times of Malta fejn intqal li l-Unjoni Ewropeja mhux lesta terġa’ tiftaħ xi diskussjonijiet ma’ Malta fuq il-kundizzjonijiet tas-sħubija tagħna.
Forsi il-fatt li l-Unjoni Ewropeja mhux lesta terġa’ tiftaħ diskussjonijet ma’ pajjiżna isserraħ ftit il-moħħ. Iżda mhux hekk. Il-verita’ hi li peress il-Malta Labour Party dejjem irrifjuta li Malta għandha tkun membru ta’ l-Unjoni Ewropeja, dan ma ndenjax jinforma ruħu kif taħdem l-Unjoni Ewropeja; u dan jidher ċar mill-mod kif jitkellem dwar l-UE il-Malta Labour Party.
Dan ifisser li l-Malta Labour Party fil-gvern ma jkollux ideja kif jista’ jħares l-interessi ta’ pajjiżna kif wera li jaf jagħmel il-Partit Nazzjonalista bil-fatti. Ma jkollux ideja kif jista’ jinnegozja dwar liġijiet ġodda Ewropej, kif jista’ iġib akta flus mill-Unjoni Ewropeja, kif jista’ jisfrutta l-opportunitajiet li toffrilna l-Unjoni Ewropeja.
Fuq kollox, wieħed malajr jinduna li bil-Malta Labour Party inkunu Ewropej ta’ nofs kedda, għax ikollna gvern li jkun qiegħed fl-UE fuq qalbu. U nafu li meta xi ħadd jagħmel xi ħaga fuq qalbu u bla entużjażmu, ma jkollokx ir-riżultati li tkun trid. Min-naħa l-oħra Partit Nazzjonalista fil-gvern mhux biss jiżgura li nibqgħu ‘ngawdu il-benefiċċji tas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja, iżda jiżgura wkoll li nibqgħu Ewropej sħaħ.
Il-ħaddiema, ż-żgħażagħ, l-anżjani u l-familji Maltin u Għawdxin ma jixirqilhomx li jkunu Ewropej ta’ nofs kedda, izda jixirqilhom li jkunu Ewropej sħaħ.

No comments:
Post a Comment