Monday, March 3, 2008

IL-POLITIKA TAL-QERDA

Il-politiku huwa bniedem li jaghzel li parti mill-hin tieghu juzah biex jaghti servizz lill-pajjiz. Meta jaghmel din l-ghazla jidhol ghal sagrificcji personali kbar. Hafna drabi ikollu jqatta’ hafna hin ‘l boghod mill-familja tieghu jew minn shabu. Ftit ikollu hin ghall-passatempi tieghu. Is-soddisfazzjon tieghu hu li jara lil pajjizna jimxi ‘l quddiem, u dak is-soddisfazzjon inessieh is-sagrificcju personali li jkun ghamel.

Ghalhekk dejjem emmint li l-politiku huwa bniedem ta’ min jirrispettah, bhalma nirrispettaw lil numru kbir ta’ nies ohra li jaghtu mill-hin taghhom ghall-gid ta’ haddiehor.

Fil-politika li jghodd huwa l-idejat u l-idejali tal-politici. Dawn l-idejat u idejali isawwru il-futur ta’ pajjizna u tal-hajja tgahna, kemm fuq livell ekonomiku kif ukoll fuq livell socjali. Xi kultant dawn ihallu effett pozittiv u xi kultnat ihallu effett negattiv. Aktar ma jkun hawn diskussjoni serja fuq il-politika, aktar hemm possibilta’ li l-effett tal-politika fuq hajjitna ikun pozittiv.

Min-naha l-ohra, jekk il-politika nirrenduha ghal politika tal-qerda, inkunu qedin naghmlu deni lil pajjizna. Meta nirreferi ghall-politika tal-qerda, inkun qed infisser il-qerda tal-karattru. F’dan il-kaz li jghodd mhux x’ser jigri minn pajjizna u l-poplu Malti u Ghawdxi fil-futur, imma kif ser inkisser lill-avversarju tieghi biex jien nidher sabih.

Il-politika tal-qerda tkisser l-ideja li l-poltiku qieghed hemm biex jaghti servizz lill-pajjiz. Barra minn hekk ma taghtix l-opportunita’ li jkun hawn dibattitu serju fuq proposti ghall-futur. Ghalhekk huwa importanti li ghal granet li fadal sa l-elezzjoni ma naghtux kaz il-poltika tal-qerda, imma naghtu kaz aktar il-poltika serja fejn dak li jghidd huma l-idejat u l-idejali.

No comments: