Wednesday, March 5, 2008

SERHAN IL-MOHH

Jekk hemm xi haga li kollha nixtiequ li jkollna hu is-serhan tal-mohh. Ahna l-Maltin hemm xi haga fina li iggeghlna nhobbu l-kwiet u l-paci. Hallina nahdmu ghalina u ghall-familji taghna u ma naghtu fastidju lil hadd.

Dan is-serhan tal-mohh jigi mic-certezzi li ahna jkollna fil-hajja taghna, kif ukoll il-fiducja fina nfusna. Ahna poplu biezel u kuragguz. Poplu biezel ghax ix-xoghol nidhlu ghalih. Dan jixhdu mhux biss l-ammont ta’ nies li hawn jahdmu f’pajjizna, izda anke l-ammont ta’ sighat li nahdmu. U meta ma nkunux qed nahdmu hafna minna jinvolvu rihhom f’xi hidma ta’ volontarjat jew immiddu idejna u naghmlu xi haga fid-dar li noqoghdu fiha.

Ahna wkoll poplu kuragguz ghax qatt ma qtajna qalbna quddiem l-isfidi. Anzi l-isfidi dejjem harisna lejhom f’wicchom u ghelibnihom. Dan kien l-ispirtu li kien jirrenja f’pajjizna meta akkwistajna l-Indipendenza fl-1964 u wara li sirna membri ta’ l-Unjoni Ewropeja fl-2004. Dan l-ispirtu huwa prezenti fina illum ukoll. Nafu li qedin f’salib it-toroq ghal darb’ohra, u b’kuragg irridu inkomplu nahdmu biex ingibu lil pajjjizna ‘l quddiem u biex inkunu nistaghu nghixu ahjar.

Il-mument li tonqos il-fiducja fina nfusna jew insibu min jaqtaghlna qalbna, minghajr ma trid, is-serhan tal-mohh jibda jizvinta. Ghalhekk is-serjeta’ fil-politika titlob li mhux indahhlu id-dubbju, izda li ndahhlu il-fiducja. Titlob mhux lil min jaqtaghlna qalbna, izda titlob lil min jaghmlilna kuragg; dak il-kuragg li jghinna niffacjaw il-gejjieni b’success.

Biex ikollna dan is-success hemm bzonn ta’ poltika serja f’diversi oqsma bhall-edukazzjoni, is-sahha, l-ambjent, l-ekonomija. Hija din il-politika serja li taghtina ic-certezza. Jien nemmen li fl-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu, l-aktar ghazla importanti li irridu naghmlu hi bejn min jista’ jaghtina is-serhan tal-mohh fis-snin li gejjin.

No comments: