Li tirnexxi fil-hajja hija aspirazzjoni li ghandu kulhadd. Naturalment kulhadd jixtieq jirnexxi fil-qasam tieghu jew taghha. Hu ghalhekk li meta il-Partit Nazzjonalista hareg bl-islogan “Biex nirnexxu lkoll” laqatni hafna. Laqatni l-akatr ghax huwa messagg li jghodd ghal kulhadd. Huwa messagg li jinkludi lil kulhadd u ma jeskludi lil hadd.
L-ewwel ma jigu f’mohhok huma it-tfal li jistinkaw biex jitghallmu hafna biex ikunu jistghu isibu ix-xoghol li jixtiequ huma. L-edukazzjoni hija fil-fatt cavetta importanti hafna biex nirnexxu lkoll. Izda li tirnexxi mhux biss kwistjoni ta’ skola. Per ezempju jigu f’mohhi l-isportivi. Meta dawn ikollhom success fl-isport taghhom ikunu irnexxew ukoll. Jigu f’mohhi kantanti bhal Ira Losco u Chiara. Zgur li naqblu li dawn irnexxew. Jigu f’mohhi ukoll dawk il-persuni li jahdmu fil-qasam tal-kultura bhal l-artitsti.
Il-messagg “Biex nirnexxu lkoll” ghandu jinftiehem b’mod l-aktar wiesgha. U id-dover tal-gvern hu li johloq l-ambjent fejn kulhadd jirnexxi skond it-talenti li jkun tah Alla. Ma hemm xejn aghar ghal bniedem li jhoss li jista’ jaghti il-kontribut tieghu lis-socjeta’ u ma jinghatax l-opportuntita’. U l-opportunita’ tigi billi tiftah il-bibien u mhux taghlaqhom.
“Biex nirnexxu lkoll” hu messagg ghal persuni bi bzonnijiet specjali, ghal persuni li forsi il-hajja ma tkunx dahkitilhom, ghal dawk li jahdmu fil-volontarjat, ghan-nisa li jixtiequ jirritornaw lejn id-dinja tax-xoghol, ghall-missiriejiet li kuljum imorru jahdmu ghall-gid tal-familja taghhom, ghall-genituri li jrabbu b’tant ghozza lil uliedhom, lill-anzjani li jkunu jridu jkomplu jahdmu wara li jkun l’eta’ ta’ l-irtirar u l-anzjani li jkunu jixtiequ jergghu jibdew jistudjaw.
Kulhadd ghandu id-dritt li jirnexxi fil-hajja. Izda nistghu nirnexxu biss jekk ikollna gvern li jinvesti fl-edukazzjoni u it-tahrig, fis-sahha, fl-ambjent, fis-servizzi socjali, fl-ekonomija biex jinholqu l-impjiegi. Nirnexxu biss jekk ikollna gvern li jemmen tassew fil-kapacitajiet tal-familji Maltin u Ghawdxin u li jkun determinat quddiem l-isfidi. Nirnexxu biss jekk ikollna gvern li ma jibzax jiehu id-decizjonijiet li hemm bzonn jittiehdu. Nirnexxu biss jekk ikollna gvern li jtina is-serhan tal-mohh.