Saturday, March 1, 2008

POLITIKA SERJA

Wasalna fl-ahhar gimgha ta’ din il-kampanja elettorali. Nistghu insejhulu il-mument tal-verita’. Dan hu il-mument fejn il-kontenut tal-proposti taz-zewg partiti ghal-legislatura li gejja ghandhom ikunu fic-centru ta’ l-attenzjoni taghna. Fuq kollox dan hu il-qofol ta’ politika serja – x’direzzjoni ser jiehu pajjizna fis-snin li gejjin.

Dan ghaliex f’elezzjoni l-ghazla li hemm bzonn li naghmlu mhux bejn partit u iehor izda bejn tip ta’ gvern u iehor. Hija ghazla bejn il-vizjoni, l-idejat, u l-istrategiji dwar kif sejrin inkomplu nimxu ‘l quddiem. Dan ma jfissirx li l-personalitajiet fil-politika mhumiex importanti. Izda il-personalitajiet fil-politika irridu narawhom fl-isfond ta’ l-idejat li dawn ihaddnu.

Naturalment huwa facli li wiehed jikkritika lill-Gvern li seta’ jaghmel aktar u ma ghamilx; u ghaliex certu idejat godda ma gewx attawati qabel. Izda li partit li jkun fil-Gvern jibqa’ johrog bi proposti godda, hija prova ta’ politika serja. Jien nippretendi li partit, anke jekk ikun ilu fil-Gvern, xorta wahda ikun ghadu mimli b’idejat friski; b’idejat dwar kif pajjizna jista’ jkompli javvanza fl-oqsma kollha tal-hajja.

Fuq kollox dan hu li naghmlu bhala bnedmin fil-hajja taghna. Ahna nafu li ma nistghux naghmlu kollox f’daqqa. Allura nibdew naghmlu l-affarijiet bicca, bicca, u meta inlestu xi haga, nibdew fuq xi haga ohra. Nippruvaw dejjem intejbu il-mod kif nghixu, skond kif nifhmuha kull wiehed u wahda minna. Din turi is-serjeta’ taghna bhala persuni.

Fil-politika l-istess haga. Naraw x’sar, naraw x’qed isir bhalissa u naraw x’nistghu naghmlu fil-futur. Huma dawn l-affarijiet li jaghtu direzzjoni lil pajjizna u mhux l-attakki perosnali. Fil-mument tal-verita’ is-serjeta’ fil-poltika titlob li niddeciedu fuq il-kontenut tal-proposti biss.

Tuesday, February 26, 2008

PAJJIZNA JIBQA’ DEJJEM BZONN IX-XOGHOL

Ix-xoghol jew in-nuqqas tieghu dejjem iddominaw id-dibattitu dwar l-ekonomija f’pajjizna. Ghalhekk fiz-zmenjiet ta’ kampanja elettorali zgur li mhux sorpriza li x-xoghol jerga’ jsir suggett importanti.

Nahseb li hemm numru ta’ fatturi li irridu nzommu quddiem ghajnejna meta nitkellmu fuq ix-xoghol. L-ewwel, illum ghandna rata ta’ tkabbir ekonomiku ta aktar minn 4%. Din ir-rata nixtiequ inziduha, u nistghu inzidduha billi jitkattru l-impjiegi. Il-mument li ma nibqghux inkattru l-impjiegi, it-tkabbir eknomiku jizvinta. Nifhmu li gahndna bzonn madwar 5,000 impjieg gdid fis-sena biex insostnu din ir-rata ta’ tkabbir.

It-tieni, l-unika rizorsa li ghandna hu in-nies u il-hiliet taghhom. Biex tikber l-ekonomija, ahna m’ghandniex iz-zejt li jaghmel tajjeb jew xi rizorsa naturali ohra. La n-nies huma l-unika rizorsa taghna, wiehed malajr jifhem l-importanza tax-xoghol f’pajjizna.

It-tielet, f’dinja fejn il-kompetizzjoni qed tizdied u fejn kulma jmur qed issir aktar globalizzata, ma nistghu qatt nieqfu nistinkaw biex ingibu ix-xoghol lejn pajjizna. Irridu nifhmu li dak li ghandna illum, jista’ ma jkunx hawn ghada. Lanqas ma ghandna garanzija li dak l-investiment li gie mwieghed lilna xorta ser jigi, jekk nibdlu l-politika taghna.

Ir-raba, ghandna sitwazzjoni fejn irridu inzidu ir-rata ta’ partecipazzjoni fil-labour force, partikolarment dik tan-nisa, filwaqt li min jilhaq l-eta’ ta’ l-irtirar ikun irid jibqa’ jahdem. Biex dan isehh, bilfors hemm bzonn li niggeneraw aktar impjiegi, inkella naqghu lura.

Il-hames, ghandna zieda qawwija fl-ammont ta’ zghazagh li jibqghu jistudjaw. L-aspettativa ta’ dawn iz-zghazagh zgur li hi li jkollhom impjieg li jirrendi u mhux kwalunkwe impjieg. Dan il-fattur ukoll jitlob minnha sforz kontinwu biex inzidu ix-xoghol.

Forsi f’dawn l-ahhar snin ma tantx hassejna il-problema tax-xoghol, ghax kien hawn hafna opportunitajiet fejn wiehed jahdem. Imma ma nistghux nieqfu hawn, ghax pajjizna jibqa’ dejjem bzonn tax-xoghol. Ma nistghux niehdu l-affarijiet for granted. Ix-xoghol gie ghax hadna hafna decizjonijiet tajbin li attiraw l-investiment lejn pajjizna. Irridu nizguraw li dawn id-decizjonijiet nibqghu nehduhom u ma jkollna lil hadd li aktar jaf igerrex l-investiment milli jattirah lejn pajjizna.

Sunday, February 24, 2008

NO REGRETS – IL-FORZA LI TITLOB SKUZA

Il-Malti jghid li min ma jaghmel xejn ma jizbaljax. Jigifieri li tizbalja mhux biss hi xi haga umana u allura normali, izda hija wkoll il-karatteristika ta’ bniedem biezel, li jaghmel sforz biex jaghti l-ahjar tieghu imma xorta xi hin jew iehor l-affarijiet imorru zmerc.

Imma hawn min jahseb li ma jistax jizbalja ghax dejjem jahseb li hu ghandu ragun. Nafu li dejjem ghandek ragun ma jistax ikun, u min jippretendi li hu hekk, huwa fin-natura tieghu supperv. Tant ikun supperv li wara li jkun zbalja jara kif ha jitfa’ it-tort fuq haddiehor, u aghar min hekk, ma jammettix l-izball u ma jitlobx skuza.

Dan isir ghaliex hawn min jahseb li titlob skuza huwa sinjal ta’ dghjufija. Fil-fatt mhuwiex hekk ghax min jitlob skuza ghall-izball li ghamel huwa bniedem ta’ forza. Kull min ghandu pozizzjoni ta’ awtorita’ jaf li ta’ tahtu jippretenduh li meta jizbalja jammetti l-izball u jiskuza ruhu.

Kien ghalhekk, per ezempju, li meta il-Papa Gwanni Pawlu II talab skuza lill-popli ta’ l-Amerika Latina ghall-vjolenza li intuzat kontrihom fis-sekli sittax u sbatax minn persuni li kienu qed jagixxu ghan-nom tal-Knisja Kattolika, kulhadd fehem il-kobor ta’ dan il-bniedem. F’Malta ukoll il-Knisja talbet skuza ghal dak li sehh f’pajjizna fil-bidu tas-snin sittin.

Min-naha l-ohra ghandna min ma jridx jaf bi skuza; anzi ma jiddispjacih xejn. Il-lista ta’ xhiex ghandha tintalab skuza mill-Malta Labour Party hija twila ferm. Min garrab l-effetti ta’ dawn l-izbalji ghadu jistenna u mid-dehra ser jibqa’ jistenna.

Li tinsisti li tghid “no regrets” huwa sinjal negattiv ferm.